Il-kandidat konservattiv Ivan Duque, li kien wiċċ ġdid fil-politika, ġie elett bħala l-President tal-Kolombja.
Waqt rally tar-rebħa f’Bogota, huwa wiegħed li se jgħaqqad il-pajjiż wara kampanja diviżiva.
Iżda sostna li jrid jara bidliet fil-ftehim storiku iżda kontroversjali tal-paċi mar-ribelli taf-Farc fl-elfejn u sittax.
Duque, li rebaħ erbgħa u ħamsin fil-mija tal-voti, qal li se jbiddel il-ftehim li ggarantixxa lir-ribelli siġġijiet fil-Kungress u jistgħu jikkontestaw l-elezzjonijiet.
Saħaq li se jimponi wkoll kastigi eħrex fuq reati li allegatament saru mir-ribelli waqt il-ġlied brutali li dam għaddej ħames deċenji kontra l-gvern.