Claudio Pani viċin li jingħaqad ma’ Sliema Wanderers – One News

Notifiki

Claudio Pani viċin li jingħaqad ma’ Sliema Wanderers

One Sport jinsab infurmat li l-midfielder Taljan Claudio Pani jinsab viċin li jerġa’ jilgħab f’pajjiżna din id-darba ma’ Sliema Wanderers. Pani lagħab f’Malta maċ-Champions Valletta FC fl-aħħar tliet staġuni iżda l-istaġun li għadda ma ġiex utilizzat ħafna minħabba li kien imweġġa’.

Pani għandu 32 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ma’ bosta timijiet Taljani bl-aktar riċenti jkunu Triestina, Piacenza, Casale u Savona.

Jekk Pani jiffirma, ikun it-tieni akkwist ta’ Sliema s’issa wara l-firma ta’ Ryan Fenech.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend