Balzan FC bl-ewwel żewġ akkwisti | One News

Notifiki

Balzan FC bl-ewwel żewġ akkwisti

Balzan FC akkwistaw lill-goaler Għawdxi Steve Sultana kif ukoll lil midfielder Dale Camilleri li t-tnejn li huma lagħbu ma’ Ħamrun Spartans matul l-istaġun li għadda.

Dawn iż-żewġ akkwisti qed jitqiesu bħala importanti ħafna wara li Balzan tilfu bosta plejers fosthom l-midifelders Paul Fenech u Ryan Fenech kif ukoll lill-goalkeeper Ivan Janjusevic.

Steve Sultana iffirma kuntratt ta’ sena filwaqt li Dale Camilleri iffirma kuntratt ta’ sentejn.

Dawn iż-żewġ plejers ser ikunu għad-dispożizzjoni tal-kowċ Marko Mikovic ghal logħbiet ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa League.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend