Aktar moviment fit-tim ta’ Gżira United – One News

Notifiki

Aktar moviment fit-tim ta’ Gżira United

Gżira United ġeddew il-kuntratt tad-difensur ċentrali Destin Prince Mambouana.  Id-difensur mill-Kongo kien ingħaqad ma’ Gżira f’Jannar li għadda u jidher li t-tmexxija tal-maroons hija kuntenta bis-servizz tal-plejer tant li offritlu kuntratt għal staġun ieħor.

Min-naħa l-oħra Gżira rrillaxxaw lid-difensur Ingliż Kris Thackray.  Thackray, li għandu 30 sena, ukoll kien iffirma mat-tim immexxi minn Darren Abdilla f’Jannar ta’ din is-sena iżda l-prestazzjonijiet tiegħu ma’ impressjonawx u għalhekk ġie rrilaxxat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend