12-il artist jingħaqdu flimkien għal għan wieħed | One News

Notifiki

12-il artist jingħaqdu flimkien għal għan wieħed

12-il artist magħruf ingħaqdu flimkien biex jippreżentaw esperjenza ta’ arti, li ser tagħmel differenza fil-ħajja ta’ persuni li l-aktar għandhom bżonn.

L-artisti, magħrufa għall-konnessjoni tagħhom ma’ Għawdex, offrew biċċa arti oriġinali lill-Fondazzjoni Inspire, u l-qliegħ mill-bejgħ ta’ dan ix-xogħol ser jintuża biex jgħin il-programmi u s-servizzi ta’ diżabilità tal-Inspire.

Il-pitturi bħalissa huma esibiti fil-Banca Giuratale, ir-Rabat Għawdex, u min hu intreessat jista’ jarahom u jixtrihom onlajn fuq www.inspire.org.mt.

F’din l-esibizzjoni nsibu xogħlijiet ta’ Pawl Carbonaro, Debbie Caruana Dingli, James Vella Clark   Rachel Galea ,  Celia Borg Cardona,  Julian Calabrese, George Scicluna,  Tonio Mallia,  Henry Alamango,  Galina Troizky, Marisa Attard  u Mark Sagona.

L-esibizzjoni bl-isem Love Gozo – tnediet fl-1 ta’ Ġunju u se tibqa’ għaddejja sal-aħħar tax-xahar. Din qed tkun ġenerożament appoġġjata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Ministeru għat-Turiżmu, Mapfre MSV Life, L-Uffiċċju għall-Kultura u l-Informazzjoni ta’ Għawdex, u l-Ministeru għal Għawdex.

L-Inspire temmen li kulħadd għandu d-dritt għall-ugwaljanza u l-inklużjoni. Il-missjoni tagħna hija li ngħinu lil kull min għandu diżabilità biex jilħaq dan. Dan nagħmluh billi nipprovdu servizzi edukattivi, terapewtiċi u ta’ divertiment għall-individwi u l-familji tagħhom. Aħna naħdmu għall-inklużjoni, nedukaw lill-pubbliku ġenerali, inqajmu kuxjenza fost il-partijiet interessati, u għandna l-aqwa bażi ta’ għarfien dwar id-diżabilità f’Malta.

Illum l-Inspire tgħin lil aktar minn 1,000 individwu b’diversi diżbilitajiet li jvarjaw minn Down syndrome, Awtiżmu, Cerebral Palsy u oħrajn. Dan nagħmluh permezz ta’ diversi servizzi u programmi li noffru b’rata tassew sussidjata u f’ċerti każijiet mingħajr ħlas.

Għal aktar informazzjoni żur: https://inspire.org.mt/loveGozoExhibition

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend