AĠĠORNAT: Ġuvni ta' 18-il sena jindarab gravi wara li nqalbet karozza fir-Rabat | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Ġuvni ta’ 18-il sena jindarab gravi wara li nqalbet karozza fir-Rabat

Ġuvni ta’ 18-il sena ndarab gravi filwaqt li żewġ ġuvintur oħra ħelsuha ħafif wara li nqalbu bil-vettura fir-Rabat.

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-ħamsa neqsin għaxra fi Triq il-Buqana, ir-Rabat, Malta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li kien għadu kemm seħħ impatt bejn vettura tat-tip Landrover misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura tat-tip Ford Fiesta misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Mellieħa. Ġuvni ta’ 18-il sena kien passiġġier fil-vettura Ford Fiesta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħadu lit-tliet persuni l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, iż-żewġ xufiera ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-passiġġier ta’ 18-il sena ġie ċċertifikat li qed isfori minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Puliz ija għadhom għaddejjin.

Ritratti: Kyle Mifsud/Joseph Tonna

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend