Tiraturi ta' fama internazzjonali jinvestu Malta minħabba x-shooting range | One News

Notifiki

Tiraturi ta’ fama internazzjonali jinvestu Malta minħabba x-shooting range

Xi tiraturi ta’ fama internazzjonali li iktar kmieni din il-ġimgħa kienu pajjiżna biex jisparaw fit-Tazza tad-Dinja tal-isparar tant kienu impressjonati bil-livell tal-faċilitajiet tax-shooting range li kien hemm min diġà daħal f’negozjati biex jixtri dar f’pajjiżna. Saħansitra, ikkonfermaw persuni viċin l-organizzazzjoni, hemm tiratur li diġà xtara residenza f’Malta bil-għan li jibda jiġi pajjiżna għal taħriġ regolari. Dan fid-dawl li din ix-shooting range ġdida hija waħda mill-aqwa li bħalissa jsib fid-dinja. Naturalment ma’ dawn wieħed iżid ir-raġunijiet li anke f’oqsma oħra hemm bosta barranin li fittxew f’pajjiżna fosthom il-klima, is-sigurtà u l-kwalità ta’ ħajja li toffri Malta.

Fil-fatt minħabba dan kollu dawk li kkompetew f’Malta kellhom kliem ta’ tifħir, biex il-Federazzjoni tal-Isparar mhux biss qatgħet xewqitha li torganizza avveniment f’Malta iżda għamlet dan bl-unuri kollha.

Id-delegazzjonijiet li kien hawn minn madwar il-pajjiż fissru wkoll li l-federazzjoni kompliet tkabbar il-kuntatti tagħha b’mod li l-użu tax-shooting range issa jsir iktar vijabbli fejn tintuża mill-atleti lokali li għandhom post tal-ogħla livell fejn jitħarrġu u jtejbu l-livell tagħhom. Il-KullĦadd hija infurmata li diġà kien hemm tliet pajjiżi li taw il-kelma u saħansitra daħlu f’negozjati li jorganizzaw it-training camp li jmiss f’Malta.

Dan qabel l-appuntament li jmiss għat-Tazza tad-Dinja tal-isparar li huwa ġewwa Tucson, l-Istati Uniti, bejn id-9 u d-19 ta’ Lulju 2018.

Il-miġja tagħhom f’pajjiżna tħalli wkoll effetti pożittivi fuq stabbilimenti tal-akkomodazzjoni fost oħrajn hekk kif għat-Tazza tad-Dinja kien hemm lukandi li kienu mimlijin bl-atleti u l-uffiċjali tad-delegazzjonijiet biss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend