Fl-inċident li seħħ ilbieraħ wara nofsinhar f’Burmarrad, żewg persuni sofrew grieħi gravi filwaqt li l-kundizzjoni ta’ tliet persuni għadha mhix magħrufa.
Dan hekk kif fi Triq Burmarrad, inqalbet vettura tat-tip Nissan Juke li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena mill-Marsa.
Fil-vettura flimkien max-xufier kien hemm ragel ta’ 70 sena, żewġ nisa ta’ 59 u 19-il sena, minn Santa Luċija u mara ta’ 48 sena mill-Marsa.
Ir-raġel ta’ 70 sena u l-mara ta’ 59 sena kienu l-vittmi li sofrrew ġrieħi gravi.