Jingħata bidu għall-Kampjonat tas-sajf | One News

Notifiki

Jingħata bidu għall-Kampjonat tas-sajf

Il-Ġimgha filgħaxija ingħata bidu għall-kampjonat tas-sajf fejn iż-żiemel tat-trott fil-klassijiet rispettivi tagħhom jistgħu jikkompetu f’massimu ta’ tliet tigrijiet u jieħdu punti skont il-prestazzjoni tagħhom biex dawk it-tnax-il żiemel f’kull kategorija li jakkwistaw l-akbar ammont ta’ punti jieħdu sehem fil-finali li se jsiru fid-29 ta’ Lulju fuq distanza ta’ 2640m.

Fl-ewwel programm saru 7 tiġrijiet tat-trott fejn Rodney Gatt kompla jiddomina bi 3 rebħiet ohra bl-ewwel rebħa f’Malta fis-serkin għal Leonas Kaiser fi klassi Gold, it-tieni rebħa staġjonali fi klassi Bronze b’Dehande u l-ewwel rebħa f’Malta b’Cirella de Kacy fi klassi Copper.

It-tiġrija tal-klassi Premier kienet ikkumbattuta ferm iżda kien Tsunami li ħareġ rebbieħ sabiex ħa t-tieni rebħa konsekuttiva tiegħu misjuq minn Julian Farrugia.
Misjuq minn Nathaniel Barbara, Wellington ħa t-tieni rebħa tiegħu fi Klassi Silver hekk kif għamel Velvet de Jiel misjuq minn Charles Camilleri.

Wara l-iskwalifika tad-debba li daħlet fuq quddiem, Tell You Off misjuq minn Nicholas Cauchi ħa l-ewwel rebħa ta’ l-istaġun fi Klassi Copper.

Fil-programm ukoll tiġrija tal-galopp li tat l-ewwel rebħa f’Malta għad-debuttant Oceanic misjuq minn Michael Sultana.

Aktar tiġrijiet mill-ewwel tappa issa jsiru nhar it-Tlieta filgħaxija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend