Il-care orders tat-tfal se tkun f'idejn il-Ġudikatura | One News

Notifiki

Il-care orders tat-tfal se tkun f’idejn il-Ġudikatura

F’intervista fuq ONE Radio, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat tkellem dwar bidla oħra, li hija l-liġi għall-protezzjoni tat-tfal.

Fost oħrajn din il-liġi se tneħħi minn idejn il-Ministru d-deċiżjoni fuq care order u minflok se tittieħed mingħand ġudikanti wara li jkunu analizzaw is-sitwazzjoni kollha.

“Qed nassiguraw iktar checks and balances,” qal Joseph Muscat li fisser kif kien wasal iż-żmien li ma jkunux il-politiċi li jieħdu deċiżjonijiet bħal dawn. Il-Prim Ministru appella lil kulħadd biex jinnota d-dokument ta’ konsultazzjoni għax hija liġi importanti li tifforma parti mill-fibra soċjali tal-pajjiż u taffetwa l-ħajja ta’ mijiet.

“Huwa d-dover tagħna li jkollna l-bilanċ ġust bejn interessi differenti,” qal Joseph Muscat li tenna li fl-aħħar mill-aħħar għandu jirbaħ dejjem l-interess tat-tfal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend