Tliet akkwisti għal Żejtun Corinthians | One News

Notifiki

Tliet akkwisti għal Żejtun Corinthians

Ġimgħa impenjattiva għal Zejtun Corinthians FC hekk kif ħabbru xejn anqas minn tlett akkwisti importanti.

Id-difensur laterali Ian Azzopardi kien l-ewwel akkwist għat-tim immexxi minn Alan Mifsud. Azzopardi bla dubju għandu esperjenza vasta fejn lagħab ma’ bosta timijiet kbar fil-Premier fosthom Valletta FC, Sliema Wanderers FC u dan l-aħħar ma’ Gżira United F.C..

Wara staġun tajjeb, Zejtun C għamlu ċert li jilħqu ftehim ma’ Floriana FC għal akkwist ta’ Brooke Farrugia li matul l-istagun li għadda kien misluf lill-istess Zejtun.

Fl-aħħar ħinijiet il-kumitat ħabbrieki tal-Corinthians immexxija mill-President Joe Gauci ħabbru wkoll l-akkwist tal-ex Żebbug Rangers FC, Rabat Ajax FC u Qormi FC Clifford Gauci.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend