Tinbena barrikata madwar it-Torri Eiffel | One News

Notifiki

Tinbena barrikata madwar it-Torri Eiffel

F’Pariġi qed jinbena perimetru ta’ difiża madwar it-Torri Eiffel, sabiex ikun protett kontra theddid terroristiku.

Barrikati temporanji kienu tpoġġew madwar it-torri f’Ġunju tal-elfejn u sittax, u issa qed jinbidlu b’miżuri iktar permanenti.

Il-perimetru ta’ difiża mistenni jkun lest sa Lulju, u se jiswa ħamsa u tletin miljun ewro.

Ħitan tal-ħġieġ ħoxnin sitt ċentimetri w nofs se jifformaw żewġ naħat tal-pjazza, bit-tnejn l-oħra se jkunu magħluqa b’barikati tal-metall għoljin ftit iktar minn tlett metri.

Sabiex ikunu milqugħa attakki bil-vetturi, erba mija u għoxrin blokka se jitpoġġew quddiem il-ħitan tal-ħġieġ bħala protezzjoni addizzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend