Tfal mifruda mill-familji tagħhom fuq il-fruntiera tal-Istati Uniti | One News

Notifiki

Tfal mifruda mill-familji tagħhom fuq il-fruntiera tal-Istati Uniti

Kważi elfejn tfal immigranti kienu mifruda mill-familji tagħhom fuq il-fruntiera tal-Istati Uniti fuq medda ta’ sitt ġimgħat.

Bi proċedura ordnata mill-President tal-Istati Uniti Donald Trump fuq il-qsim illegali fil-fruntiera mill-Messiku, l-adulti qed ikunu detenuti, u b’hekk it-tfal li jkun hemm magħhom jitneħħew minn taħt il-ħarsien tagħhom.

Il-kwistjoni qed tikkawża maltempata politika li qed tkompli tikber fl-Istati Uniti.

Il-Ħamis li għadda, l-Avukat Ġenerali Jeff Sessions kwota lill-Bibbja sabiex jiddefendi l-metodu użat – dak ta’ toleranza zero.

Dan hekk kif dawk li qed jidħlu l-Istati Uniti b’mod irregolari qed ikunu akkużati kriminalment; bidla f’politika li kienet ilha żmien hemm fejn dawn kienu jkunu akkużati b’offiża biss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend