Aġġornat: Tifla ta’ 4 snin l-isptar wara li waqa’ saqaf ta’ residenza f’Tas-Sliema – One News

Notifiki

Aġġornat: Tifla ta’ 4 snin l-isptar wara li waqa’ saqaf ta’ residenza f’Tas-Sliema

Waqa’ saqaf f’residenza f’Tas-Sliema fejn weġġgħet tifla ta’ 4 snin. Dan ġara f’dar quddiem il-Knisja tas-Sacro Cuor.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16.00 meta l-pulizija ġew infurmati b’dan l-inċident.

Issejħet l-assistenza medika madanakollu persuna ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ karozza tal-pulizija minħabba li l-ambulanza ma setgħetx tgħaddi minħabba karozzi pparkjati. L-istess ġara lill-membri tal-protezzjoni ċivili.

Aktar informazzjoni malli taslilna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend