Jinsterqu €200 f'hold up minn Santa Luċija | One News

Notifiki

Jinsterqu €200 f’hold up minn Santa Luċija

€200 fi flus kontanti nsterqu f’hold up minn ħanut f’Santa Luċija.

Il-Każ ġara għall-ħabta tas-2.30pm meta raġel b’wiċċu mgħotti u b’sikkina f’idejh daħal jitlob il-flus lill-kaxxiera f’ħanut.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post u bħalissa għaddejjin it-tfittxijiet mill-pulizija biex jinstab.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident iżda tnejn mill-impjegati ngħataw trattament fuq il-post minħabba xokk li sforew.

Aktar dettalji malli jaslulna.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend