Jackson Lima viċin Gudja United | One News

Notifiki

Jackson Lima viċin Gudja United

L-ex midfielder ta’ Hibernians Jackson Lima qed jinteressa bil-kbir lil Gudja United.  Il-Brażiljan huwa liberu wara li ġie rilaxxat minn Hibernians li magħhom lagħab għal dawn l-aħħar tmien staġuni.

Gudja United ser ikunu immexxija minn Josef Mansueto matul l-istaġun li ġej li diġà ħadem flimkien ma’ Lima ma’ Hibernians meta kien jokkuppa l-kariga ta’ assistent kowċ.

Fit-tmiem l-istaġun li għadda Gudja United rebħu l-promozzjoni mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni għal Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni wara li rebħu d-decider għar-rebħ tal-Kampjonat kontra Santa Lucia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend