Għal ħabta tas-sitta u nofs tas-Sibt filgħaxija intalbet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei wara li seħħ inċident tat-traffiku biswit it-traffic lights ta’ Pembroke.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li ftit tal-ħin qabel kien seħħ inċident tat-traffiku bejn 3 vetturi u waħda mill-persuni li kienet fil-karozza kellha tittieħed l-isptar għall-kura.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.