ARA: Il-Festa ta' Corpus fir-Rabat | One News

Notifiki

ARA: Il-Festa ta’ Corpus fir-Rabat

Il-Paroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat tfakkar l-Festa ta’ Corpus bħala waħda mill-festi prinċipali tagħha.

Dan jixduh l-armar li hemm fit-toroq tar-Rabat u anki fil-knisja ta’ San Pawl – ilkoll imzejna b’tizjin mill-isbaħ għall-festa ta’ Corpus. Bl-artal maġġur armat b’sitta u sittin xema.

Il-festa ta’ Corpus tfakkar il-ġisem u d-demm ta’ Kristu. Bl-Arċipriet tal-Paroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat, Louis Suban jispjega għaliex ir-Rabat tiċċelebra l-festa ta’ Corpus bħala festa ewlenija.

Il-knisja mibnija fuq il-grotta u peress li san pawl iċċelebra l-ewwel quddies f’Malta, nfakkru l-ewkaristija.

Interresanti l-fatt li tul is-snin, kull Papa li għamel żjara f’pajjiżna wera x-xewqa li jagħmel żjara f’din il-paroċċa.

Sinonimu mal-festa ta’ Corpus fir-Rabat hemm ukoll  l-infjorata li iservi bħala tapit.

Is-sibt filgħodu numru ta’ voluntiera bdew izejnu din l-infjorata – li fiha mitejn u sittin pakkett ta’ fjuri.

Id-disinn tal-infjorata huwa b’simbolu tas-sagrament u San Pawl. Din is-sena – tissombolizza l-imħabba lejn il-festi.

L-infjorata titpoġġa quddiem il-bieb tal-knisja sabiex il-Ħadd, qabel il-purċissjoni, is-sagrament jgħaddi minn fuq dan it-tapit tal-fjuri.

Christopher Calleja voluntier spjega l-ħdima li isir ta’ kull sena sabiex tintrama l-infjorata.

Bdejna naħdmu mit-tnejn. Għandek l-qalb fin-nofs b’simbolu lejn iż-żewġ festi li għandna fir-Rabat.

Il-festa ta’ Corpus fir-Rabat  tiġi iċċelebrata permezz taz-zewġ purċizzjonijiet waħda l-Ħadd filgħodu u l-oħra filgħaxija.

Festa li tattira lejha wkoll għadd ta’ turisti meta jżuru l-villaġġ storiku tar-Rabat.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend