Dale Camilleri qed jinteressa lil Balzan FC u St. Andrews FC | One News

Notifiki

Dale Camilleri qed jinteressa lil Balzan FC u St. Andrews FC

Il-midfielder Dale Camilleri qed jinteressa bil-kbir lil Balzan FC u St. Andrews FC.

Il-plejer huwa liberu li jinnegozja ma’ liema klabb irid hekk kif l-MFA it-terminat l-kuntratt li kellu ma’ Ħamrun Spartans wara li rebaħ l-appell li ressaq huwa stess kontra Ħamrun. Balzan FC qed juru interess qawwi fil-plejer tant li diġà offrewlu kuntratt sabiex jingħaqad maghhom.

Anke St. Andrews qed juru interess kbir fil-plejer. Camilleri diga lagħab għal żewġ staġuni ma’ St. Andrews qabel ma ingħaqad ma’ Ħamrun u l-kowċ Michael Woods flimkien mal-assistent Joseph Farrugia qed juru interess fir-ritorn tal-plejer mal-klabb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend