BIL-FILMATI: Missier Puttinu – One News

Notifiki

BIL-FILMATI: Missier Puttinu

Missier ta’ żewġt itfal u nannu. Missier ukoll ta’ bosta tfal Maltin li sfortunatament għadddew mill-martirju u l-kalvarju tal-marda qarrieda tal-kanċer u b’hekk jirrikonoxxuh bħala t-tieni missier tagħhom li salvalhom ħajjithom.

Rennie Zerafa huwa Nurse u ilu għaddej mill-2002 b’imħabba u għożża liema bħala biex jagħmel il-ħajjiet t-tfal ftit aktar allegrużi, minkejja li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Fl-okkażżjoni ta’ Jum il-Missier, ONE NEWS, kellu l-opportunita’ li jitkellem ma’ Rennie dwar xi jfsisser għalih Jum il-Missier.

Mhux tgħix għalihom – Darba biex niċċajta Daniel qalli Pa qed narak inwetat għedtlu mindu twilidt int ma ħadtx ir-ruħ. Tgħix għal uliedek. Hija l-bejta tagħna u kull min jindokra l-bejta tiegħu hija r-role tiegħu hux

Bla dubju ma setax jonqos li Rennie jitkellem dwar il-kuraġġ ta’ sur li għandhom il-missirijiet li sfortunatament idaħħlu l-uliedhom biex ifiqu. Jghid li s-skiet taghhom jghallmek u johrog minnhom l-imhabba genwina.

Rennie spjega li kuljum jgħaddi minn esperjenzi li jkomplu jsaħħuħ.

Meta naraw lilhom kif ihobbu lil uliedhom u l-familja taghhom ahna nikbru u nitghallmu minnhom u nbiddlu l-perception ta’ kif inħarsu lejn il-ħajja.

Tkellimna ma’ Zerafa ukoll dwar x’inhuma l-ingredjenti li fil-fehma tieghu jaghmlu l-missier perfett:

Hu jiġbor kollox u jara kif jista’ jikkuntenta lil kullħadd f’ dawn il-mumenti dak huwa l-missier tajjeb. Aħna fl-uċuħ ta’ dawn il-missirijiet naraw xi trid il-mara tiegħu, x’sapport tixtieq, x’sapport iridu l-aħwa u sapport lill-pazjent u l-missier tarah jikkontempla ħafna biex jgħinhom u dik narawa ħafna hawn ġew.

Rennie temm b’appell sabih ghal uliedu.

Il-ġenerazzjoni tagħhom issa jaħdmu iebes biex iħallu ġenerazzjoni aħjar lil ta’ warajom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend