ARA: Il-PN b'attitudni ma tinftiehemx | One News

Notifiki

ARA: Il-PN b’attitudni ma tinftiehemx

Tliet ijiem qabel il-Parlament Malti jieħu l-aħħar vot dwar il-bidla fil-liġi tal-IVF L-attitudni tal-oppożizzjoni baqgħet waħda ma tinftiehemx.

Tkellem dwar dan il-Prim Ministru, Joseph Muscat, f’intervista li se tixxandar il-Ħadd fl-għaxra ta’ filgħodu fuq One Radio.

Meta għamilna l-emendi tagħna għall-pożizzjoni tagħna. L-ewwel ħarġet tgħid bidlu l-affarijiet imbagħad qalu mhu veru ma bidlu xejn.

Il-Prim Ministru tkellem dwar kif l-oppożizzjoni baqgħet kontra kollox. U fisser kif kien saħansitra sorpriż bil-mod li bdew jiġu indirizzata familji b’ġenitur wieħed.

Dan meta sa ftit tas-snin ilu f’pajjiżna kellna sitwazzjoni ipokrita u nerġa’ nenfasizza ipokrita fejn persuni tal-istess sess biex jadottaw kienu jaħbu li huma koppja u jadottaw bħala single parents. Dak iż-żmien kienet tajba. Issa għax persuna singola tkun trid tidħol għal IVF qed jgħidu din mhux familja.

L-Oppożizzjoni tant kienet konservattiva u negattiva fuq  kollox li saħansitra spiċċat tivvota kontra proposti tagħha stess.

Maria Deguara kienet qed tgħamel proposta kif għandna nħallu speċjalisti jaraw in-numru ta’ bajd fertilizzat u filwaqt li l-gvern ra li tgħamel sens l-oppożizzjoni vvotat kontrih.

Joseph Muscat kritika wkoll l-attitudni li min se jmur jagħmel l-IVF qisu qed jagħmel xi proċess faċli. (CUTAWAYS)

Mela din kwistjoni li tmur tagħmel l-IVF għal pjaċir għax m’għandekx x’tgħamel. Tgħid ħa mmur ngħamel l-IVF. Dak li jkun għadda snin jipprova jkollu tfal u jipprova bil-metodi kollha possibbli. Imbagħad wieħed jibda fdin it-triq.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend