Raġel instab mejjet f’residenza f’San Pawl il-Baħar.
Kien għall-ħabta tal-17:20 li l-Pulizija ġew infurmati bis-sejba ta’ katavru ta’ raġel ta’ 60 sena f’residenza fi Triq San Pawl f’San Pawl il-Baħar. Kien proprju wara li ġie rrapportat nieqes li marru jiċċekjaw fir-residenza u għamlu sejba tal-katavru.
Hu nstab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni fejn x’aktarx il-mewta hi waħda naturali.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fejn qed jitmexxew mill-Ispettur Godwin Scerri u s-Surġent Glen Carabott kif ukoll il-Kuntistabbli Joseph Sultana mill-għassa tal-Qawra.