Priso rrilaxxat minn Pembroke FC | One News

Notifiki

Priso rrilaxxat minn Pembroke FC

Il-winger mill-Kamerun Njongo Priso mhux mistenni jibqa’ jilgħab ma’ Pembroke FC fl-ewwel diviżjoni hekk kif jintemmlu l-kuntratt fit-tmiem dan ix-xahar.  One Sport jista’ jiżvela li t-tmexxija ta’ Pembroke FC mhux mistennija li toffri kuntratt ġdid lil dan l-plejer.

Matul l-istaġun li għadda Priso skorja 13-il goal ma’ Pembroke FC fl-ewwel diviżjoni.

Priso kien ġie Malta fl-2005 fejn lagħab ma’ Msida St. Joseph qabel ingħaqad ma’ Valletta FC u wara anke ma’ Sliema Wanderers u Mosta FC rispettivament.  Huwa kellu ukoll esperjenzi qosra ma’ timijiet mir-Rumanija, Bulgarija u anke Ċipru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend