Bastiment navali Amerikan bħalissa jinsab barra l-port ta’ Augusta fi Sqallija fejn qed jistenna l-awtorizzazzjoni biex jara fejn se jkun qed jiżbarka wara li salva 41 immigrant wara n-nawfraġju tat-12 ta’ Ġunju.
Hija l-Għaqda mhux Governattiva, Sea Watch, li bħalissa qed tieħu ħsieb il-baħar Mediterran permezz tad-dgħajsa Sea Watch 3. Liema dgħajsa qed tagħmel ir-ronod fiż-żona tat-tiftix u s-salvataġġ fil-baħar Mediterran u bħalissa tinsab tbaħħar qrib Malta.
Kien fit-12 ta’ Ġunju li dgħajsa bl-immigranti nqelbet bil-konsegwenza li tilfi ħajjithom 12-il persuna u ġew salvat 41 persuna, fosthom 36 raġel u 4 nisa b’waħda minnhom qed tistenna wild.
Permezz ta’ tweet fuq Twitter, Sea Watch Italy sostniet li l-bastiment navali Amerikan bħalissa jinsab barra l-port ta’ Augusta fi Sqallija jistenna struzzjonijiet biex jiżbarka u jniżżel il-41 immigrant. Liema responsabbiltà ta’ kooperazzjoni għadha qatt ma ġiet iċċarata.
La nave militare US Trenton sosta nei pressi del porto di Augusta nell’attesa di ricevere l’autorizzazione a sbarcare i 41 sopravvissuti al naufragio del 12 giugno.
Mai chiarita la responsabilità per il coordinamento.
Qui gli update 👇🏼 pic.twitter.com/lDpYjTCqDG
— Sea-Watch Italy (@SeaWatchItaly) June 15, 2018