Jinżamm arrestat wara ħames serqiet ta' fjuwil mill-Marsa | One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara ħames serqiet ta’ fjuwil mill-Marsa

Antoine Ellul ta’ tlieta għoxrin sena nzamm arrestat wara li fil-qorti tressaq mixli b’serq ta’ fjuwil minn pompa tal-Petrol fil-Marsa.

Ellul li ma jahdimx gie arrestat tard l-Erbgħa filgħaxija meta nqabbad filfatt mill-Pulizjia ipprova jisraq il-fuel minn din il-pompa fi triq Aldo Moro bħal ma kien għamel għal ħames darbiet oħra tul l-aħħar ħdax il-jum.

Apparti minn hekk il-Pulizija akkużatu wkoll li fost oħrajn b’ allegat serq ieħor minn Residenza f’ Santa Venera.

Fil-Qorti nstab li huwa riċediev għall-sentenza sospiża oħra li ngħatatli.

Allegatament ir-raġel sab metodu kif b’ xi mod idaħal karta tal-flus bit-tape magħha dan sabiex il-flus jerġaw jinġibdu ġa la darba l-fuel jittieħed.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Robert Vella u Elliot Magri spjegat lill-akkużat għandu problema kbira u skalata tad-droga tant li hu tkeċċa minn dar, u għandu bżonn progrmm ta’ rijabilitazjzoni mill-aktar fiss possibli.

Ma kien hemm l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-każ mistenni jkompli jinstema aktar tard dan ix-xahar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend