Jinstab anzjan mejjet fil-Munxar f'Għawdex | One News

Notifiki

Jinstab anzjan mejjet fil-Munxar f’Għawdex

Anzjan ta’ 75 sena nstab mejjet f’residenza fil-Munxar. 

Is-sejba saret kmieni lbieraħ filgħodu bil-Pulizija ġiet infurmat għall-ħabta tal-11:00 dwar sejba ta’ anzjan mejjet f’residenza fi Triq iż-Żirżieb fil-Munxar f’Għawdex.

L-anzjan ta’ 75 sena kien residenti l-Munxar stess.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend