Fizzjali mit-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, li kienu xogħol ilbieraħ, waqqfu vann, b’reġistrazzjoni Taljana, li kien qed jipprova jdaħħal f’Malta kwantità ta’ kaxxi b’inbejjed, kif ukoll birra, li lkoll ma ġewx iddikjarati mad-Dwana u għaldaqstant kienu se jiddaħħlu f’Malta bil-kuntrabandu.
Il-vann kien għadu kif wasal Malta minn Pozzallo fi Sqallija.
Mit-tfittxija li saret irriżulta li sid il-vann kien qed iġorr 660 flixkun inbid u 156 birra. Ix-xorb kollu ġie kkonfiskat a favur id-Dipartiment tad-Dwana filwaqt li s-sid ġie mmultat €862.