Dr. Helga Buttigieg Deboni ġiet appuntata bħala l-Kap tat-Taqsima ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu. Din hi taqsima li twaqqfet biex, fost oħrajn, tikkordina diversi awtoritajiet kompetenti li bħalissa qed jinvolvu ruħhom biex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.
Din it-taqsima se tkun qed tiffaċilità l-kooperazzjoni u kif ukoll it-tqassim tal-informazzjoni bejn l-istakeholders parteċipi sabiex is-sistema lokali tkun aktar effiċjenti u kif ukoll biex tassigura l-istabbiltà u l-integrità tal-ekonomija ta’ Malta.
It-taqsima se tkun qed isservi wkoll bħala id amminsitrattiva għall-Kumitat Nazzjonali tal-Koordinazzjoni fuq it-Taqsima ta’ kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, fejn dan hu pass ieħor ‘il quddiem sabiex jiġu rrispettati l-emendi tal-Liġi ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus.
Dr. Buttigieg Debono hi avukat u kisbet esperjenza f’dan il-qasam wara li serviet bħala uffiċjal tal-klassifikazzjoni fil-Korp tal-Pulizija fit-Taqsima ta’ Kontra Reati Kriminali. Hi kienet ukoll impjegata bħala avukat ma’ bank Malti ewlieni fejn kienet ukoll membru fuq żewġ bords tal-awtoritajiet tal-gvern.