Erba' persuni mejta kawża ta' vjolenza fit-Turkija | One News

Notifiki

Erba’ persuni mejta kawża ta’ vjolenza fit-Turkija

Erba’ persuni tilfu ħajjithom filwaqt li tmienja ndarbu fit-Turkija kawża ta’ vjolenza li nħolqot wara kampanja elettorali. 

Dan l-inċident sied aktar it-tensjoni għall-jum tal-votazzjoni li se jkun fl-24 ta’ Ġunju, liema jum il-President Recep Tayyip Erdogan qed jimmira għat-tieni term.

Il-vjolenza bdiet fil-villaġġ Kurdu, Suruc, meta membru parlamentari kien qed iżur xi ħwienet.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend