Clyde Puli jikkonferma l-firda fil-PN | One News

Notifiki

Clyde Puli jikkonferma l-firda fil-PN

Il-Partit Nazzjonalista jinsab maqsum aktar minn qatt qabel. Dan ikkonfermah is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli waqt il-programm InDepth fuq the Malta Indipendent.

Saħansitra l-firda fost id-deputati Nazzjonalsita ħarġet fid-deher ukoll waqt riċeviment tat-tieġ ta’ eks uffiċjal għoli tal-PN.

Il-ġurnalista li kienet preżenti għat-tieġ innutat il-qasma bejn in-nies ta’ Delia u dawk li għadhom jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-eks Kap Simon Busuttil.

Puli ħadha qatta bla qabel għall-aġir ta’ Jason Azzoppardi u Karol Aquilina fejn fil-ġimgħat li għaddew fil-Parlament ħadu pożizzjoni kontra l-kumplament tal-Partit.

 

Huwa kompla billi ħadha kontra n-nies ta’ Simon Busuttil fejn saħaq li huma ma jafux x’inhuma jagħmlu u li qed jisparaw f’saqajhom.

 

Puli għalaq din il-parti tal-intervista billi qal li Simon Busuttil qed jagħti vantaġġ lill-Partit Laburista u bagħtu jagħmel eżami tal-kuxjenza.

 

Is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista li ftaħar li l-operat tal-Partit għaddej kollu minn taħt idejh ma naqasx milli jinsulenta lil sħabu fuq il-bank tal-oppożizzjoni, Marlene u Geodfrey Farrugia billi qal li huma ġejjin minn partit irrelevanti.

 

Wara l-attakk sfrenat fuq nofs id-Deputati tal-partit tiegħu Puli stqarr li l-faqar f’pajjiżna qed jiżdied. Stqarrija li għal aktar minn darba ġiet imgiddba mill-Eurostat tant li l-persuni mċaħħdu severament mill-aktar affarijiet bażċi naqsu bin-nofs minn żmien amministrazzoni Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend