Raġel ta’ 63 sena ndarab gravi wara li qala’ daqqiet ta’ oġġett iebes f’Birkirkara.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 ap.m. fi Triq il-Kbira meta nqala’ argument bejn raġel ta’ 63 sena minn Birkirkara u raġel ieħor ta’ 44 sena minn San Pawl il-Baħar.
Ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.