Aktar akkwisti minn Birkirkara FC | One News

Notifiki

Aktar akkwisti minn Birkirkara FC

Birkirkara FC ħabbru l-akkwist tar-raba’ barrani tagħhom s’issa.  Dan huwa id-difensur Kroat ta’ 20 sena Arian Mrsulja li ffirma kuntratt ta’ sena mal-istripes. 

Fl-aħħar żewġ staġuni kien plejer regolari ma’ AD Mezzolara fis-Serie D fejn matul l-istaġun li għadda lagħab xejn anqas minn 20 partita.  Mrsulja kellu wkoll esperjenza mal-klabb Kroat Istra 1961 fil-kategoriji ta’ taħt is-17 u id-19-il sena rispettivament.

Birkirkara FC diġà akkwistaw ukoll lil Uchenna Umeh, Marcelo De Siqueira u Eduardo Do Santos filwaqt li kkonfermaw lill-gowlkeeper Kristijan Naumovski u Mislav Andelkovic li kienu diġà mat-tim matul l-istaġun li għadda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend