Tusk f'telefonata tajba mal-PM dwar l-Immigrazzjoni | One News

Notifiki

Tusk f’telefonata tajba mal-PM dwar l-Immigrazzjoni

Il-Prim Ministru Malti ddiskuta l-immigrazzjoni waqt telefonata li kellu mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk.

Permezz ta’ twitter, Donald Tusk saħaq li kellu telefonata tajba ma’ Dr. Joseph Muscat u dan jawgura tajjeb qabel il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew.

Min-naħa l-Prim Ministru Joseph Muscat irringrazzja lil Tusk tal-interess ġenwin tiegħu fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

Il-Prim Ministru spjega li f’diskussjoni li kellu llum mal-President tal-Kunsill Ewropew tkellmu ħafna dwar is-sitwazzjoni preżenti b’rabta mal-immigrazzjoni.

Din l-istqarrija ta’ Tusk issegwi dik ta’ mexxejja Ewropej oħra, fosthom tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker li fl-aħħar sigħat innota kif fil-każ Aquarius, Malta ġabet ruħha skont ir-regoli internazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend