Tazza tad-Dinja: Salah ser jilgħab fl-ewwel logħba tal-Eġittu – One News

Notifiki

Tazza tad-Dinja: Salah ser jilgħab fl-ewwel logħba tal-Eġittu

L-attakant Mohamed Salah mistenni li jibda fl-ewwel logħba tat-Tazza tad-Dinja li għandhom l-Eġittu għada kontra l-Urugwaj.

Din l-aħbar ikkonferma l-kowċ tal-Eġittu Hector Cuper fejn sostna li l-attakant ta’ Liverpool jinsab f’siktu u kważi ċert li ser jkun mal-ewwel 11 ghal loghba minn Grupp A.

Salah weġġa’ fil-finali tal-UEFA Champions League bejn Liverpool u Real Madrid f’daħla mad-difensur Sergio Ramos.

Cuper sostna li Salah ilu jitħarreġ għal dawn l-aħħar jiem wara li rnexxielu jirkupra f’qasir żmien.

Eġittu kontra Urugwaj għada fil-14.00.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend