MSC Seaview tidħol fil-Port il-Kbir | One News

Notifiki

MSC Seaview tidħol fil-Port il-Kbir

MCS SEAVIEW ilbieraħ daħal fil-Port il-Kbir ta’ Malta b’5119 passiġġier u 1413 membru tal-ekwipaġġ. Il-flagship tal-flotta tal-MSC Cruises se jkun qed jidħol Malta kull nhar ta’ erbgħa sal-14 ta’ Novembru u se jġib miegħu aktar minn 120, 000 passiġġier. Aktar minn 5000 Malti u Għawdxi se jkollhom l-opportunità jqattgħu vaganza fil-Mediterran abbord l-aħħar ġojjell tal-MSC minn Malta għal Malta waqt li jesploraw Barċellona, Marsilja, Genoa, Napli u Messina.

MSC Seaview ittajjar bandiera Maltija. MSC Cruises is-sena l-oħra ġabet 270, 000 passiġġier lejn pajjiżna abbord cruise liners lussużi tagħha minn total ta’ 780, 000 passiġġier li żaru pajjiżna fl-2017.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend