Mhux se jittaffew l-ebda sanzjonijiet fuq il-Korea ta’ Fuq – One News

Notifiki

Mhux se jittaffew l-ebda sanzjonijiet fuq il-Korea ta’ Fuq

Is-segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo qal li mhux se jkunu qed jittaffew l-ebda sanzjonijiet fuq il-Korea ta’ Fuq.

Dan qabel ma turi biċ-ċar li wettqet id-diżarmament nukleari tagħha.

Huwa qal dan waqt konferenza li saret jiem biss wara s-summit storiku bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong Un f’Singapore.

Iż-żewġ mexxejja ffirmaw dikjarazzjoni li torbothom biex jistabbilixxu relazzjoni ġdida.

Dikjarazzjoni ta’ ftehim li hu mifni b’xettiċiżmu, hekk kif osservaturi qalu li dan fih nuqqas ta’ dettall dwar kif il-Korea ta’ Fuq se tkun qed tneħħi l-armi nukleari tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend