Ir-Reġina u Meghan fl-ewwel żjara flimkien | One News

Notifiki

Ir-Reġina u Meghan fl-ewwel żjara flimkien

Ir-reġina u d-dukessa ta’ Sussex jinsabu f’Cheshire għall-ewwel appuntament irjali tagħhom flimkien.
Il-majesta tagħha u l-miżżewġa friska, Meghan uffiċjalment se jiftħu Mersey Gateway Bridge u Chester’s Storyhouse Theatre.

Wara huma t-tnejn se jattendu għal ikla f’Chester Town Hall bħala mistiedna tal-kunsill tal-belt.

Din hija l-ewwel darba li d-duka attendiet avveniment mar-Reġina mingħajr il-Prinċep Harry.

Eluf ta’ persuni kienu diġa qegħdin jistennewhom, sigħat qabel ma wasslu r-Reġina u Meghan.

Mid-dehra, Meghan Markle ħassitha inċerta f’waqtiet minnhom minħabba protokol. Ir-Reġina bil-kalma kollha ma ddejqet xejn tispjegalha x’suppost tagħmel fosthom li hi titla’ l-aħħar fil-karozza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend