Intom l-eroj ħajjin tal-poplu tagħna – Marie Louise Coleiro Preca | One News

Notifiki

Intom l-eroj ħajjin tal-poplu tagħna – Marie Louise Coleiro Preca

Waqt li ppresediet iċ-Ċerimonja ta’ Rikonoxximent b’ħajr għad-Donaturi tad-Demm, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, f’isem il-poplu Malti u Għawdxi, rringrazzjat lil dawk l-individwi li ġew rikonoxxuti u lil dawk kollha li, fuq bażi regolari, jagħtu d-demm fiċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm.

“Grazzi għal dak kollu li għamiltu sal-lum biex salvajtu tant u tant ħajjiet. Kull darba li tagħtu d-demm tkunu mhux biss qed tagħtu l-kuraġġ, iżda tkunu wkoll qed tagħtu eżempju ta’ xi tfisser meta tagħti donazzjoni altruista”, qalet il-President.

Il-President Coleiro Preca qalet li bis-saħħa tad-donaturi tad-demm, qed nagħtu evidenza bħala poplu, evidenza li tafferma dak li lilna, bħala Maltin u Għawdxin, jiddistingwina, il-fatt li aħna poplu ta’ qalb kbira u li naħsbu f’xulxin.

Fl-aħħar nett, il-President irringrazzjat lill-istaff u d-diriġenti taċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm għax-xogħol li jagħmlu b’tant dedikazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend