Il-Qorti ma tilqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest – One News

Notifiki

Il-Qorti ma tilqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest għat-tlett akkużati bl-attentat ta’ qtil ta’ Mario Scicluna u s-sieħba tiegħu Elaine Galdes nhar l-4 ta’ Jannar permezz ta’  bomba mal-karozza ta’ Scicluna fil-Fgura.

It-tlett akkużati Lorenzo Callus magħruf bħala l-Ħeswes flimkien ma’ Pawlu u Jonathan Farrugia magħruf bħala l-Kwatru u Ġanni ta’ Nina talbu għall-ħelsien mill-arrest nhar it-Tnejn li għadda.

F’ digriet mogħti mill-Qorti, hija qalet lid-delitt hu kontra s-Sigurta’ tal-Gvern u dan l-istess delitt hu suġett għall-piena ta’ priġunerija għal-għomru.
Dan qalitu wara li rat lin-natura u l-gravita tar-reat flimkien mal-fatt li jekk kemm il-darba jingħataw il-ħelsien mill-arrest dawn jistgħu jinħbew jew jitilqu mill-pajjiż u kif ukoll jinterferixxi max-xhieda jew agħar minn hekk jikkometi reat ieħor.

Għalhek il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest bl-akkużati ser jibqgħu jinżammu arrestati fil-Faċilita Korettiva ta’ Kordin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend