Il-Kummissarju Ewropew Jourova tilqa' d-deċiżjoni ta' Malta li tissieħeb fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew | One News

Notifiki

Il-Kummissarju Ewropew Jourova tilqa’ d-deċiżjoni ta’ Malta li tissieħeb fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Il-Kummissarju Ewropew Vera Jourova faħħret id-deċiżjoni ta’ Malta li tisseħeb fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Il-Kummissarju li tinsab għal żjara uffiċjali f’Malta qalet li din hija aħbar tajba fil-ġlieda kontra r-reati finanzjarji u biex jitħarsu aħjar il-flus tat-taxpayers Maltin.

Il-Kummissarju qalet dan fi tmiem laqgħa li kellha mal-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici. Fi tweet hija fissret id-diskussjonijiet li kellha mal-Ministru Bonnici dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-programm ta’ Ċittadinanza b’investiment bħala kostruttivi.

Hija ltaqgħet ukoll mal-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanzi Helena Dalli.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend