DNA jwassal għall-arrest ta' ġenituri wara 31 sena | One News

Notifiki

DNA jwassal għall-arrest ta’ ġenituri wara 31 sena

Il-pulizija Franċiża arrestat koppja, wieħed u tletin sena wara li binthom instabet mejta.

Il-ġisem tat-tifla kien instab fil-ġenb ta’ triq fiċ-ċentru ta’ Franza fl-1987.

Il-ġenituri ġew ittraċati wara d-DNA ta’ binhom, li ġie ttestjat f’każ mhux relatat u mqabbel ma’ dak tat-tifla.

Il-ġenituri mistennija jidhru quddiem l-Imħallef fil-ħin li ġej u jistgħu jaffaċċjaw akkużi ta’ qtil.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend