Aspettazzjonijiet diversi għat-Tazza tad-Dinja – One News

Notifiki

Aspettazzjonijiet diversi għat-Tazza tad-Dinja

Bħalissa it-Tazza tad-Dinja tinsab f’fomm kulħadd hekk kif l-aspettazzjonijiet tal-Maltin għal din il-kompetizzjoni huma kbar. Crew ta’ ONE News żar il-pjazza ta’ Raħal Ġdid u hekk kif bħalissa d-dinja mistennija tieqaf għal xahar staqsejna lin-nies jekk humiex se jsegwu l-logħob u dwar it-timijiet favoriti tagħhom.

Madankollu dawk li jissimpatiżżaw mat-tim Taljan għandhom naqra anqas ħeġġa hekk kif għall-ewwel darba f’ħafna snin it-tim tagħhom ma kwalifikax. L-ispekulazzjoniiet dwar min se jirbaħ il-kampjonat ma naqsux. Minkejja li ħafna semmew timijiet bħal Brazil, Ġermanja u Spanja hemm min hu fiduċjuż li din is-sena għandna nistennew sorpriża.

 

Ovjament f’kampjonat bħal dan, il-botti bejn il-ħbieb ma jonqsux u jekk sieħbek iżomm mat-tim rivali tiegħek ma tistax tibqa’ sieket u ma tikkumentax.


 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend