ARA: Li ma kienx għad-donaturi tad-demm kieku jien mhux hawn | One News

Notifiki

ARA: Li ma kienx għad-donaturi tad-demm kieku jien mhux hawn

Li ma kienx għad-donaturi tad-demm kieku jien m’għadnix hawn. Dan kien kliem Janet, omm u nfermiera li seba’ snin ilu ħakmita l-marda tal-kanċer.

Li kieku ma kinex għad-donaturi tad-demm jiena llum il-ġurnata m’għadnix hawn. it-tip ta’ kanċer li ħakimni kien akut u kelli bżonn trnasfużjonijiet tad-demm għax kien qed joqtolni bil-mod il-mod. li kieku mhux għalihom jiena kieku t-tifel m’għandux omm illum il-ġurnata u ommi u missieri jkunu tilfu t-tieni wild.

Tul il-kors tal-fejqan Janet kellha bżonn tirċievi numru sostanzjali ta’ boroż ta’ demm kif ukoll trapjant tal-mudullun. Illum Janet qed taħdem bħala infermiera u minkejja li saħħitha ma tippermettix li tagħti demm hija xorta ħeġġet lil dawk li jistgħu, sabiex iżuru l-bank tad-demm.

Corazon Mizzi, kantanta u preżentatriċi wkoll qasmet l-esperjenza tagħha fir-rigward u spjegat kif ftit tas-snin ilu kienet kwa’i tilfet ħajjitha li ma kienx għad-donaturi tad-demm li pprovdewla demm rari ħafna.

Jiena naħseb li qatt m’int se tkun taf meta se tiġi s-siegħa tiegħek. jiġifieri inti qatt ma tista’ tgħid id-destin fejn iwasslek bħal ma kontx naf jien għax tiegħi kien inċident sorpriża ma kontx qed nistennih u mnalla kien hemm lesti l-boroż jiġifieri mnalla kienu d-donaturi tad-demm li ma qadux jistennew id-domanda, ma qadux jistennew lil xi ħadd jgħidilhom isma mur agħti d-demm kienu hemhekk pronti għalija biex jiena noħodhom straight away meta kelli bżonnhom u b’hekk jiġifieri ssir il-ġid. l-unika kelma li nista ngħid hija grazzi.

Dawn iż-żewġ esperjenzi ġew irrakontati waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji għad-Donaturi tad-Demm fil-palazz ta’ San Anton. Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca spjegat dwar l-importanza u rringrazzjat lill-eluf ta’ donaturi li regolarment iżuru l-bank tad-demm.

Il-President rringrazzjat lill-ħaddiema tal-Bank tad-demm għad-dedikazzjoni u passjoni li għandhom. Hija rringrazzjat ukoll lid-donaturi kollha li xi darba jew oħra taw id-demm. Faħħret ukoll kif pajjiżna huwa xempju tad-donazzjoniji altruwistika.

Fi tmien ta’ din l-attività, l-President qassmet numru ta’ unuri lil diversi donaturi, fosthom lis-Sur John Micallef Engerer li fi tletin sena li ilu donatur ta aktar minn mitt borża demm li eventwalment inagħtaw lil madwar tliet mitt pazjent fil-bżonn.

Huwa sostna li ħadd ma għandu jixaħħam mal-marid ghax din id-donazzjoni altruwista tista’ tfisser id-differenza bejn ħajja u mewt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend