Appell għal donazzjonijiet wara nuqqas kbir ta' demm | One News

Notifiki

Appell għal donazzjonijiet wara nuqqas kbir ta’ demm

Waqt li llum qed jiġi mfakkar il-jum dinji tad-donaturi tad-demm, Tony Micallef mill-Bank tad-demm f’Gwardamangia f’kumment li ta lil ONE News saħaq li hija sfortuna li r-riserva tad-demm bħalissa hija baxxa mmens.

Għalkemm qal dan, hu saħaq li dan l-appell qed isir mhux biex jiġu allarmati n-nies iżda biex il-pubbliku jitħeġġeġ jagħti iżjed għaliex dan in-nuqqas irid jiġi indirizzat.

Fakkar li ta’ kull sena jingħata ġieħ lil dawk id-donaturi regolari fejn din is-sena wkoll, ingħata ġieħ lil 12-il donatur regolari. Dan isir biex jinħoloq iżjed għarfien u kuxjenza tal-bżonn, kif ukoll biex dawn iservu ta’ eżempju għall-oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend