Qbil dwar l-isem tal-pajjiż wara 27 sena | One News

Notifiki

Qbil dwar l-isem tal-pajjiż wara 27 sena

Il-Greċja laħqet ftehim dwar l-isem tal-pajjiż ġar tagħha – li meta kien infired minn mal-Yugoslavia kien ingħata l-isem ta’ Macedonia.

Wara sebgħa u għoxrin sena ta’ diskussjonijiet u protesti, intlaħaq ftehim fuq l-isem Republic of North Macedonia – jew bil-lingwa tal-pajjiż Severna Makedonija.

L-isem il-ġdid irid jiġi approvat min-nies ta’ Maċedonja u l-Parlament Grieg.

B’dan il-ftehim, il-pajjiż li qabel kien magħruf bħala Yugoslav Republic of Macedonia, issa jrid jibda jissejjaħ Severna Makedonija jew Republic of North Macedonia.

Dan ifisser li l-mija u erbgħin pajjiż li jirrikonoxxi l-isem Macedonia jrid jadatta għall-isem North Macedonia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend