Raġel ħelisha ħafif wara li spiċċa maqbud f’vann wara impatt ma’ trakk f’Ħal Qormi.
Kienu l-membri mid-Dipartiment tall-Protezzjoni Ċivili li wettqu operazzjoni ta’ salvataġġ sabiex joħorġu lir-raġel mill-vettura.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 qrib l-iskola tal-Ħandaq f’Ħal Qormi meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn trakk u vann, bix-xufier tal-vann, raġel ta’ 55 sena residenti Birkirkara, spiċċa maqbud.
Fuq il-post issejaħ tim mediku fejn ħadu lill-istess raġel, li kien ix-xufier tal-vann, l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.