Għall-ewwel darba f’Malta ser ikun qed jittella’ l-avveniment Nickelodeon Treasure Hunt Malta li ser issir bejn it-13 u t-18 ta’ April tas-sena d-dieħla.
Waqt dan l-avveniment, li ser jinzerta fil-vaganzi tal-Għid, it-tfal Maltin ser ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw f’numru ta’ attivitajiet bis-sehem ta’ diversi karattri rinomati mat-tfal.
Din l-attività ser tkun possibbli grazzi għal ftehim li ġie ffirmat bejn il-kumpanija Via Com u l-Awtorità Maltija ghat-Turiżmu.