Mika Häkkinen, leġġenda tal-Formula 1 u eks-sewwieq professjonali tat-tlielaq tal-karozzi, żar lil Malta wara li kien il-mistieden tal-unur f’avveniment mtella’ mill-kumpanija Kindred Group.
Kumpanija tal-gaming li fetħet l-operat tagħha f’Malta fejn it-Tlieta filgħaxija ċċelebrat il-ftuħ tal-uffiċini tagħha f’Tigne, liema avveniment kien preżenti għalih Häkkinen.
Mika Häkkinen huwa sewwieq Finlandiż professjonali tat-tlielaq tal-karozzi magħruf sew madwar id-dinja għas-suċċess li kiseb matul il-karriera tiegħu fosthom li kiseb it-titlu ta’ Champion tad-Dinja tal-Formula 1.