Jitlef ħajtu plejer tan-Nadur Youngsters f'inċident fil-Brażil | One News

Notifiki

Jitlef ħajtu plejer tan-Nadur Youngsters f’inċident fil-Brażil

Tilef ħajtu d-difensur Brażiljan Sandro Muller li kien plejer mat-tim Għawdxi Nadur Youngsters F.C. wara inċident fil-Brażil. 

Rapporti fuq il-midja rrapportaw kif Muller tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku wara li tilef kontroll tal-vettura waqt li kienet qed tinstaq f’highway bil-konsegwenza li ħabat ma’ żewġ vetturi oħra.

Sfortunatament jidher li Muller tilef ħajtu fuq il-post kawża tal-ġrieħi li ġarrab waqt l-impatt.

Huma bosta Maltin u Għawdxin li kienu jafu lil Muller li dalgħodu qamu maħsuda b’din l-aħbar li tilfu ħabib.

Fuq il-paġna ta’ Facebook it-tim Nadur Youngsters fakkar il-memorja ta’ Muller fejn għaddew il-kondoljanzi tagħhom lill-familja tiegħu.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend