Jippubblika ritratt ta’ ibnu b’daqqa ta’ ħarta f’wiċċu – One News

Notifiki

Jippubblika ritratt ta’ ibnu b’daqqa ta’ ħarta f’wiċċu

Missier ippubblika ritratt fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali Facebook ta’ ibnu b’daqqa ta’ ħarta f’wiċċu wara allegat każ ta’ bullying.

F’messaġġ li hu kiteb qal kif ilu jissaporti iżda issa nqabeż kull limitu. Spjega kif ibnu wasal lura d-dar b’naħa ta’ wiċċu ħamra nar wara li ftit sigħat qabel qala daqqa ta’ ħarta waqt li kien qed jattendi għal-lezzjonijiet fl-Iskola Primarja ta’ Pembroke. 

Liema daqqa ta’ ħarta qed ikun allegat li qalagħha mingħand student ieħor.

L-istess missier sostna li dan mhux każ wieħed ta’ bullying però qishu m’hu qed jiġri xejn. Hu appella lill-awtoritajiet ikkonċernati biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa għax minn issa ‘l quddiem mhux se jibqa’ sieket.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend